Sport Sport Ieħor

Conor McGregor jgħid li hu t-tieni l-aqwa ġellied tal-UFC

L-Irlandiż Conor McGregor qal li hu t-tieni l-aqwa ġellied tal-UFC wara l-leġġenda Anderson Silva. F’messaġġ fuq twitter McGregor qal li sakemm jirtira iżda jista’ jsir hu l-aqwa ġellied tal-UFC. L-aħħar li ġġieled McGregor kien f’Jannar meta għeleb lil Donal Cerrone f’UFC 246.

Fil-UFC, l-Irlandiż għandu rekord impressjonanti ta’ 22-4 u huwa c-champion ta’ żewġ diviżjonijiet, f’dik tal-featherweight u dik tal-lightwieght. McGregor irrimarka kif Silva kien instab pożittiv għad-doping fil-passat. Hu temm il-messaġġ tiegħu billi qal li biex tkun in-numru wieħed trid tkun irbaħt kollox.