Lokali

“Hawn nies li għaddejjin minn realtà diffiċli ħafna” – Anthony Gatt

Qed nisimgħu b’nies li qatt ma kienu joħolmu li jispiċċaw jitolbu għall-għajnuna u resqu lejna għall-ewwel darba. Hekk sostna d-Direttur ta’ CaritasMalta, Anthony Gatt waqt intervista f’NETLIVE. Huwa sostna li bla ebda dubju huwa żmien diffiċli għal kulħadd ankè fiċ-ċirkostanza li kulħadd qed jgħix fil-biża’ u l-inċertezza.

Anthony Gatt sostna li ż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum huma ta’ inkwiet soċjali fejn fost oħrajn hawn anzjani li qabel kellhom ċertu sapport id-dar u issa minħabba r-restrizzjonijiet dawn naqsulhom, kif ukoll realtajiet oħra ta’ tbatija kbira ankè relatati mal-kera.

Id-Direttur ta’ CaritasMalta fakkar li hawn numru kbir ta’ barranin f’pajjiżna li qabel ma’ feġġ il-Covid-19 kienu qed jgħinu b’mod sħiħ fl-ekonomija Maltija u issa tilfu xogħolhom, kienu laħqu sabu stabbilità u issa tilfuha.