Basketball Coronavirus Sport

L-NBA f’diskussjonijiet biex jitkompla l-istaġun fi Florida

(Ritratt: EPA)

L-NBA tinsab f’diskussjonijiet mal-kumpanija Walt Disney biex tkun tista’ tkompli l-istaġun tal-basketball f’Disney World fi Florida fl-aħħar ta’ Lulju. Il-pjan huwa li l-logħbiet kollha tal-NBA isiru f’żona waħda fil-Kumpless Sportiv tal-ESPN. F’din iż-żona hemm tliet padiljuni tal-basketball kif ukoll numru ta’ lukandi.

Il-Kampjonat tal-NBA kien ġie sospiż f’Marzu li għadda wara li plejer kien irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Minn dakinhar kien hemm numru ta’ plejers oħra tal-basketball li rriżultaw pożittiv fosthom Kevin Durant. Bosta timijiet diġa fetħu l-faċilitajiet tagħhom għat-teħriġ tal-plejers b’numru ta linji gwida li jridu jsegwu.