Futbol Sport

Mario Goetze se jħalli lil Borussia Dortmund fl-aħħar tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Id-Direttur Sportiv ta’ Borussia Dortmund Michael Zorc ikkonferma li l-midfielder Ġermaniż, Mario Goetze għat-tieni darba se jħalli lill-klabb Ġermaniż fi tmiem l-istaġun. Qbil dwar din id-deċiżjoni intlaħaq bejn iż-żewġ partijiet wara diskussjoni aktar kmieni din il-ġimgħa.

Goetze huwa prodott ta’ Borussia Dortmund u fl-2013 issiħeb lil Bayern Munich. Fl-2016 il-plejer ta’ 27 sena reġa’ rritorna mat-tim mir-Ruhr iżda minn dakinhar naqas milli jikseb post regolari. Goetze kien parti mill-iskwadra Ġermaniża li rebħet it-Tazza tad-Dinja fl-2014 fejn skorja l-gowl tar-rebħa fil-finali kontra l-Arġentina.