Sport Sport Ieħor

Possibilità ta’ ġlieda bejn Tyson Fury u Anthony Joshua

(Ritratt: bbc.co.uk)

F’intervistà li ta lill-midja Ingliża, il-boxer Tyson Fury qal li jinsab motivat li jiġġieled lil Anthony Joshua għall-World Heavyweight Title. Fury jirrikonoxxi li għalissa jridu jiffukaw fuq il-ġlied li għandhom fix-xhur li ġejjin. Il-boxer ta’ 31 sena, tliet xhur ilu rebaħ it-tilu WBC fi ġlieda kontra Deontay Wilder, liema ġlieda ħadet seba’ rawnds. Joshua min naħa tiegħu, f’Diċembru għeleb lil Andy Ruiz fi ġlieda għat-titli IBF, WBA, WBO u IBO.

Fl-20 ta’ Ġunju, Joshua kellu jiġġieled lil Kubrat Pulev għat-titlu IBF, liem ġlieda ġiet pospost minħabba l-pandemija tal-coroanvirus. Tyson Fury temm l-intervistà tiegħu billi qal li l-ġlieda kontra Anthony Joshua tkun ta’ portata akbar minn dik tal-1993 bejn iż-żewġ boxers Ingliżi, Lennox Lewis u Frank Bruno.