Coronavirus Ekonomija Lokali

Rapport internazzjonali jindika li l-ekonomija Maltija mistennija tibda tirkupra fit-tieni nofs tas-sena

L-ekonomija Maltija ser turi tnaqqis ta’ 5.5% din is-sena

Huwa possibbli li l-ekonomija Maltija tibda tirkupra fit-tieni nofs tas-sena għalkemm jibqa’ inċertezzi għal żmien medju u fit-tul minħabba s-sitwazzjoni globali.

F’rapport maħruġ mill-Aġenzija Creditreform Rating intqal illi minn level ta’ pożittivi, il-prospetti tal-ekonomija Maltija tniżżlu għal stabbli. Dan filwaqt li inżamm ir-rating ta’ A+.

Intqal fost l-oħrajn li d-daqqiet fl-ekonomija u l-flus li kellhom joħorġu f’dawn ix-xhur ser jirriflettu ruħhom f’dejn akbar.

It-tħassib tal-ekonomisti tal-Aġenzija huwa għal fatt li l-ekonomija Maltija hija ekonomija miftuħa u tiddependi mill-effetti globali fuq it-turiżmu.

L-Aġenzija qed tbassar li din is-sena, il-Gvern flok surplus ser ikollu defiċit ta’ 8% li ser jirriżulta minħabba dħul inqas mit-taxxi fost l-oħrajn. Tbassar ukoll żieda temporanja fil-qgħad.

L-ekonomija Maltija ser turi tnaqqis ta’ 5.5% din is-sena, għalkemm lejn l-aħħar tal-2020 tibda tirkupra.