Formula 1 Sport

Sainz jixtieq itemm b’mod pożittiv l-esperjenza tiegħu ma’ McLaren

(Ritratt: EPA)

Carlos Sainz li aktar kmieni dan ix-xahar ikkonferma li l-istaġun li ġej se jkun qed iħalli lil McLaren u jissieħeb ma’ Ferrari qal li jixtieq itemm l-esperjenza tiegħu ma’ McLaren b’mod pożittiv.

F’intervistà mas-sit uffiċjali tal-Formula 1, l-Ispanjol beda billi rringrazzja lid-diriġenti ta’ McLaren li għamluwilu faċli biex hu jissieħeb ma’ Ferrari. Sainz qal li meta sar jaf bl-interess ta’ Ferrari, hu tkellem mas-sid ta’ McLaren Zak Brown fejn aċċetta t-talba tal-Ispnajol li jitkellem ma’ Ferrari.

Is-sewwieq ta’ 25 sena ngħaqad ma’ McLaren mingħand Renault fl-2018. Fl-istaġun li għadda hu temm fis-sitt post fil-klassifika finali. Sainz se jkun qiegħed jieħu post il-Ġermainż Sebastian Vettel ma’ Ferrari mill-istaġun 2020/21.