Coronavirus Sport Waterpolo

Sejħiet ġodda għal referendum dwar l-Olimpjadi ta’ Pariġi

(Ritratt: behance.net)

Il-pandemija tal-coronavirus u l-posponiment tal-Olimpjadi ta’ Tokjo wasslu biex jerġa’ jitqajjem id-dibattitu  dwar l-Olimpjadi ta’ Pariġi li għandhom isiru fis-sajf tal-2024. Matul din il-ġimgħa, tqajmu dubji dwar il-preparamenti ta’ dawn l-Olimpjadi b’Kunsillier minn Pariġi jsejjaħ referndum dwar jekk il-belt Franċiża għandiex tospità l-Olimpjadi.

Fil-passat, il-Kunsilliera Danielle Simonnet, kienet ikkampanjat favur referendum bis-sejħiet jerġgħu jieħdu l-ħajja matul din il-ġimgħa. Fil-preżent Franza tinsab f’riċessjoni finanzjarja u l-konsegwenzi tal-pandemija se jkollha konsegwenzi fit-tul. Is-Sindku ta’ Pariġi Jacques Boutault qal li fl-aħħar jiem tqajjmu dubju dwar jekk Pariġi għadiex eleġibbli li tospità dawn l-Olimpjadi anke wara l-posponiment tal-Olimpjadi ta’ Tokjo. L-Olimpjadi ta’ Tokjo li kellhom isiru fis-sajf li ġej, ġew posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-coronavirus.