Coronavirus Lokali Saħħa

Swabbing Centre diżinfettat wara li ħaddiem ittestja pożittiv

Mir-riżultati għall-COVID-19 li ħarġu mit-testijiet li saru lbieraħ, healthcare worker li fil-preżent qiegħed jaħdem fil-Covid Swabbing Centres irriżulta pożittiv. Dan il-persuna sarlu test ta’ rutina li jsir b’mod perjodiku fuq il-healthcare workers kollha. Hu ma kellu l-ebda sintomi.

Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa qal li waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu, il-persuna jkun liebes ilbies protettiv, għalhekk m’hemm l-ebda riskju fuq klijenti li marru fl-iSwab Centre. 

Il-Ministeru tas-Saħħa qed jgħid illi l-persuna probabbli ġie f’kuntatt mal-virus meta kien fil-komunità.

Bħala prekawzjoni, il-hub ġie disinfettat, u se jkun qed ikompli jilqa’ klijenti fih immedjatament.

Il-Gvern ma qalx liema kien l-iSwab Centre.