Coronavirus Futbol Sport

Żewġ każijiet ġodda ta’ coronavirus fil-Premier League

Tard illejla, il-Premier League kkonferma żewġ każijiet ġodda ta’ coronavirus wara li saru 996 test bejn nhar t-Tlieta u lbieraħ. Il-linji gwida tal-Premier League huma li dawk il-plejers jew membri tal-istaf li jirriżultaw pożittiv iridu jiżolaw rwieħhom għal sebat ijiem. Il-Premier League ma ħareġ l-ebda informazzjoni dwar l-identità ta’ dawk li ħarġu pożittivi. Fl-ewwel rawnd ta’ testijiet irriżultaw sitt każi pożittivi, fost dawn kien hemm plejer ta’ Watford u l-assistant kowċ ta’ Burnley.

Nhar il-Ġimgħa l-kowċ ta’ Watford Nigel Pearson, ħabbar li żewġ plejers oħra intefgħu fi kwarantina wara kuntatt li kellhom mal-persuni li rriżutlaw pożittivi. Numru ta’ plejers qegħdin jibżaw jitħarrġu mal-klabbs tagħhom minħabba l-biża mill-virus bil-klabbs jaċċettaw it-talba tal-plejers.