Futbol Sport

20 SENA ILU: It-tieni Champions League għal Real Madrid fi tliet snin

(Ritratt: EPA)

24 TA’ MEJJU 2000

Real Madrid rebħu ċ-Champions League għat-tmien darba fl-istorja tagħhom meta għelbu lil Valencia 3-0 fil-finali li ntlagħbet fi Stade de France f’Pariġi. Dan kien it-tieni suċċess tagħhom fi tliet staġuni u komplew isaħħu posthom bħala l-aktar tim li rebaħ il-kompetizzjoni.

FERNANDO MORIENTES fetaħ l-iskor fid-39 minuta b’daqqa ta’ ras mill-kaxxa ż-żgħira u l-Ingliż STEVE MCMANAMAN irdoppja l-vantaġġ fis-67 minuta b’xutt mill-ewwel minn fuq il-linja tal-kaxxa l-kbira. Il-Madrileni ssiġillaw ir-rebħa kwarta mit-tmiem, b’kontrattakk li minnu RAUL GONZALEZ ġera għal madwar 60 metru u xeħet fix-xibka wara li qabeż lil Santiago Canizares. Wara l-logħba l-captain veteran ta’ Real Madrid Manuel Sanchis ġie ppreżentat bit-trofew prestiġjuż.