Il-gazzetta il-mument illum tippubblika fid-dettall l-intervista li saret il-bieraħ mill-ġurnalist Brian Hansford mal-Kap tal-PN Adrian Delia; intervista li iffukat fuq it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija u t-tema tal-immigrazzjoni.
L-istess gazzetta illum twassal l-aħħar aġġornamenti dwar l-emerġenza medika marbuta mal-Covid-19. Filwaqt li l-Akkademja tal-Pulizija għada t-Tnejn se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għal 47 rekluta ġdid, hemm tħassib serju fost għadd minn dawn ir-rekluti…meta nafu li istituzzjonijiet oħra jinsabu magħluqin.
U wara li nhar il-Ħadd li għadda il-mument żvelat manuvri f’Palazzo Parisio biex jingħataw postings ġodda lil għadd ta’ membri fil-korp diplomatiku Malti, kien hemm terzi persuni li tkellmu magħna u qalulna li fil-verità hemm frustrazzjoni fost għadd ta’ membri anzjani fil-korp diplomatiku li qed jinqabżu sfaċċatament.
Persuna fil-korp diplomatiku qaltilna li minkejja s-seniority u l-korrettezza tagħha hi qed tibqa’ tinqabeż mhux biss minn persuni oħrajn fi ħdan il-korp diplomatiku intern stess, iżda anki minn terzi estranei minn barra l-korp li sfaċċatament jingħataw posting ta’ ċertu importanza.
//= $special ?>