Ambjent Lokali

Il-kontroversja dwar il-Magħtab

Fl-aħħar xhur, Net News żvela li l-kampanja tal-Gvern ‘Sort It Out’ kienet waħda ta’ daħq fil-wiċċ; il-familji Maltin u l-Għawdxin jisseparaw fi djarhom, u kollox jispiċċa jitħallat fil-Magħtab – xi ħaga li għadha ssir sal-ġurnata tal-lum.

Il-Gvern qed iħejji pjan, li sar mingħajr konsultazzjoni, biex sal-aħħar tas-sena l-kriżi tal-iskart f’pajjiżna tibda titranġa.

Il-Ministru Aaron Farrugia fl-aħħar ġimgħat ħabbar li se jinbena inċineratur fil-Magħtab biex skart mhux riċiklabbli jinħaraq.

Minkejja li din tinstema bħala idea tajba, hemm ħafna mistoqsijiet li numru ta’ esperti qed isaqsu.

Fil-passat, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, inbena l-impjant ta’ Sant’Antnin, li wasal grazzi għal fondi li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kiseb mill-Unjoni Ewropea. Wieħed għadu ma jafx kif se tkun ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea wara li dawn il-flus se jispiċċaw jintremew biex jinbena inċineratur ġdid.

Gvern Nazzjonalista kien ġab inċineratur li seta’ jservi 20 sena… u ħafna qed isaqsu għalfejn Gvern Laburista ddeċieda li hemm bżonn wieħed ġdid wara biss ftit snin.

Fattur ieħor li qed iħasseb lil ħafna hu li dan l-inċineratur se jkun fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, u għalhekk it-tniġġġiż fit-toroq u t-trab fl-arja se jiżdied.

Dan għaliex trakk bl-iskart imħallat irid jivjaġġa min-naħa t’isfel ta’ Malta lejn il-Magħtab.