Coronavirus Internazzjonali

Jiżdiedu l-imwiet fil-Brażil

Il-Brazil qabez ir-Russja u sar it-tieni l-iktar pajjiż, wara l-Istati Uniti li għandu infezzjonijiet tal-Coronavirus.

Issa, il-pajjiz irregistra kważi 350,000 kaz ta’ infezzjoni u iktar minn 22,000 vittma. Fl-aħħar sigħat kien hemm aktar minn 1,715 każ, filwaqt li l-pajjiż irreġistra minn tal-anqas 150 fatalità ġdida.

Il-President Brażiljan Jair Bolsonaro fil-bidu ta’ din l-pandemija kien qal li dan il-virus kien “influwenza żgħira” u kkritika d-deċiżjonijiet ta’ gvernaturi u sindki li daħħlu miżuri biex jipprovaw irażżnu l-imxija tal-virus.