Sport Sport Ieħor

Logħob Paralimpiku u Amaurys Perez fi Sport Extra

Illejla , mill-4.50 pm fuq NetTV it-28 programm mis-sensiela Sport Extra.  It-tema ewlenija fl-ewwel parti tal-programm huma għawwiema paralimpiċi. Charles Camenzuli ltaqa’ ma’ Maja Theuma u Thomas Borg li flimkien mal-kowċ tagħhom Edward Caruana Dingli ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja għal għawwiema paralimpiċi.

It-tieni parti tal-programm hi marbuta ma’ wieħed mill-protagonisti ewlenin fid-dinja tal-waterpolo. Dan hu l-eks plejer tat-tim nazzjonali Taljan Amaurys Perez li jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu, fosthom il-midalja tal-fidda miksuba fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 u aktar qabel ir-rebħ tal-Kampjonat tad-Dinja fiċ-Ċina. Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Ramon Farrugia u Michael Farrugia.