Internazzjonali

Protesti f’Hong Kong wara proposta ġdida dwar liġi ta’ sigurtà

Iċ-ċittadini ta’ Hong Kong ħarġu fit-toroq jipprotestaw wara li l-Gvern Ċiniż ħabbar il-proposta dwar liġi ġdida ta’ siġurtà għall-pajjiż.

Fl-aħħar sigħat rapporti internazzjonali qalu li dawk li ħarġu jipprotestaw favur id-demokrazija f’Hong Kong ġew attakkati bil-gass tad-dmugħ u l-pepper spray.

Il-liġi qed toħloq kontroverzja hekk kif mhux ċara se fejn twassal is-saħħa tagħha, bi tħassib kbir fuq jekk hux se tiżdied l-awtorità taċ-Ċina fuq din il-Belt, u kif ukoll mhux ċar jekk hux se jitneħħew il-libertajiet li hemm fil-preżent.

Minn mindu bdew il-protesti s-sena li għaddiet, kienu aktar minn 8,300 persuna li ġew arrestati.