Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li fiż-żmien meta pajjiżna jinsab fi emerġenza u meta fi ftit tax-xhur oħra se jkun qed jaffaċċja l-eżami importanti tal-Moneyval, Robert Abela qed jagħżel li jibqa’ jżomm l-informazzjoni flok jgħid x’qed jagħmel u fejn wasalna fir-riformi meħtieġa biex pajjiżna ma jispiċċax blacklisted u jintilfu l-investiment u l-postijiet tax-xogħol. Għal Robert Abela kollox miexi fuq ir-rubini.
Flok isejjaħ lura għall-iżjed Prim Ministru korrott fid-dinja, u minflok jieħu l-pariri ta’ Joseph Muscat, Robert Abela għandu jara li l-istituzzjonijiet ikunu verament ħielsa u jitħallew jaħdmu bla xkiel u mhux irid jibqa’ jiddeċiedi kollox hu kif irid jagħmel bil-Kummissarju tal-Pulizija. Robert Abela jrid jifhem li jrid jibgħat sinjal ċar li l-affarijiet se jsiru b’mod differenti minn qabel lill-istituzzjonijiet internazzjonali u Ewropej li qed iżommuna fuq il-lenti minħabba t-tkissir tar-reputazzjoni li ġab b’idejh il-Gvern Laburista stess, temmet tgħid l-istqarrija tal-PN.
//= $special ?>