25 TA’ MEJJU 2007
L-għoti tal-penalties kienu deċiżivi biex Hibernians rebħu l-FA Trophy għat-tieni staġun konsekuttiv. Din kienet it-tieni darba fl-istorja tagħhom li l-Pawlisti rebħu l-kompetizzjoni għal sentejn fuq xulxin, liema rebħa fissret li kisbu post fit-Tazza UEFA. Dan kien it-tmien suċċess ta’ Hibernians fil-kompetizzjoni.
Kienu Sliema li fetħu l-iskor fis-70 minuta bid-difensur IAN CIANTAR isib ix-xibka b’daqqa ta’ ras wara free-kick ta’ Roderick Bajada. Hibernians irnexxielhom isalvaw il-logħba fit-92 minuta u kien wieħed mill-aħjar plejers fil-logħba ANDRÈ ROCHA DA SILVA li skorja b’daqqa ta’ ras wara ħarġa difettuża ta’ Murphy Akanji.
Fil-ħin barrani ħadd ma skorja l-gowl rebbieħ biex il-partita kellha tkun deċiża bl-għoti tal-penalties. Pablo Doffo skorja għal Hibernians u Orosco Anonam laqat il-wieqfa. Andre Rocha da Silva skorja għal Hibernians u David Carabott laqat il-mimduda. Aaron Xuereb skorja t-tielet penalty ta’ Hibernians iżda Mario Muscat salva l-penalty ta’ Brian Said biex rebbaħ lil Hibernians. Wara l-partita, l-istess Mario Muscat ġie ppreżentat bit-trofew mingħand il-President tal-MFA Joe Mifsud.
//= $special ?>