Internazzjonali

Brian May jiżvela li sofra minn attakk tal-qalb

Il-kitarrista leġġendarju tal-band Brittanika Queen żvela fuq il-midja soċjali li aktar kmieni dan ix-xahar sofra minn attakk tal-qalb waqt li kien id-dar tiegħu.

Brian May, ta’ 72 sena, spjega permezz ta’ filmat fuq Instagram li għamel ġimgħa f’agunija kbira wara li aktar kmieni dan ix-xahar stess sofra ġrieħi serji f’inċident waqt li kien qed jaħdem fil-ġnien.

Huwa saħaq li waqt li kien qiegħed jirkupra mill-ġrieħi ta’ dan l-inċident, sfortunatament sofra minn dan l-attakk ta’ qalb konsegwenza ta’ tlett arterji blokkati.

Filwaqt li serraħ ras is-sostenituri tiegħu li l-problemi kardijaċi għelibhom, xorta waħda għadu jimxi permezz tal-krozzi minħabba l-ġrieħi li sofra preċedentament.