Lokali

Il-PN jappella għal kontijiet tad-dawl u ilma orħos

Bil-Politika tal-PN se jgawdu l-konsumaturi

“Għall-iżbalji ta’ politiċi, m’għandux jħallas il-poplu”.

Hek sostna d-Deputat Parlamentari Nazzjonalista Ryan Callus fejn sostna li l-aħbar li l-prezz tal-gas naturali kien mixtri bil-għoli ħafna kienet ilha li ħarġet fid-dominju pubbliku minn The Daphne Project fl-2018.

Madankollu, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija u Konservazzjoni u Immaniġġjar tal-Ilma, Ryan Callus, kompla jisħaq li l-fatt li llum il-Ministru Michael Farrugia, responsabbli mill-enerġija ma weġibx għall-mistoqsijiet tal-gurnal The Times of Malta, hija mhux biss konferma ta’ dan, iżda prova ukoll li l-Gvern m’għandux mod kif jaħbi l-fatt li dan kollu kien ħadma mill-eks Ministru Konrad Mizzi, li bħalissa jinsab l-Ingilterra, jgawdi minn prezzijiet orħos tal-enerġija u fjuwils, meta l-Maltin għaddejjin minn żmien diffiċi.

Il-Partit Nazzjonalista ma jemminx f’din il-politika, li tagħmel il-ftit sinjuri minn fuq il-ħafna. Ix-xiri tal-gas bl-għoli għal żmien twil tana r-riċetta perfetta li rabtet mażżra ma’ għonqna, ikkundannatna nħallsu bl-għoli u ma ngawdux meta l-prezzijiet tas-swieq tal-gas jorħsu.

Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jixtri r-riżorsa tal-gas minn fejn ikun l-irħas mingħajr irbit għall-snin twal. Dan jiggarantixxi kontijiet tad-dawl irħas fil-mumenti meta l-aktar ikun meħtieġ