Kunsilli Lokali Lokali

“Ir-residenti jridu jiġu rispettati” – Kunsill Lokali San Ġiljan

Inkonvenjenza kbira wara li l-Awtoritajiet reġa’ darilhom

“Ninsabu diżappuntati kif ċertu Awtoritajiet ibiddlu d-deċiżjonijiet tagħhom għad-detriment tar-residenti”.

Dan ingħad fi stqarrija mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fejn spjegaw li l-Awtoritajiet biddlu d-deċiżjoni tagħhom u issa ingħata permess sabiex tinbena pjattaforma fi Triq il-Kbira, waħda mill-aħħar żoni fejn l-iżvilupp kummerċjali kien qed jiġi kkontrollat f’din il-lokalità.

‘Il bogħod mill-islogan “Nagħtu lura spazji miftuħa lir-residenti”

Kelliema għall-Kunsill spjegaw li din il-pjattaforma ser tkun qed toħloq inkonvenjenza kbira kemm għat-traffiku, kif ukoll għall-parkeġġ limitat kemm għar-residenti, ħaddiema jew klijenti li jinqdew minn stabbilimenti kummerċjali stess.

F’isem ir-residenti ta’ San Ġiljan, il-Kunsill Lokali appaella lill-Awtoritajiet konċernati bil-għan li jirtiraw dan il-permess u jirrispettaw id-dritt tar-resident.

Huma saħqu li hemm bżonn ta’ azzjoni u mhux slogans fierħa bħal “Nagħtu lura spazji miftuħa lir-residenti”