Kunsilli Lokali Lokali

Jitlesta l-Park ta’ Lapsi – proġett b’viżjoni tal-Partit Nazzjonalista

“Ix-xogħolijiet fil-Park ta’ Lapsi – proġett b’viżjoni u ħidma ta’ Kunsill Lokali tas-Siġġiewi meta kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista jinsab lest. 

F’kumment lil dan l-istazzjon  il-minority leader tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit, fakkret li dan huwa progett li kien ġie pjanat u nbeda b’viżjoni ta’ kunsill lokali meta kien mmexxi mill-Partit Nazzjonalista.

Hi fakkret li l-Kunsill kien applika għall-fondi tar-Reġjun Nofsinhar li jammontaw ghal €18,000 għal bandli fil-park.  Kienet ġiet ppjanata wkoll żona fejn tfal u żgħażagħ jilgħabu l-bandli u l-Kunsill kien talab li xogħolijiet oħra jiġu kkordinati b’investiment mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi. Il-Park jinkludi wkoll żona ta’ rikreazzjoni bil-bankijiet kif ukoll monument artistiku li kien applika u ġab fondi għalih Kunsill tas-Siġġiewi fil-leġislatura li għaddiet, meta kien mmexxi mill-Partit Nazzjonalista.

Ftit jiem ilu, il-Kunsilliera tal-PN attendew għal żjara mill-Ministru Ian Borg.
Ftit xhur ilu l-Ministru kien diġa’ żar dan is-sit mas-Sindku Kurstein Sant. Minkejja li dan kien proġett li sar fuq inizjattiva u ħidma ta’ Kunsill mmexxi mill-PN, is-Sindku Kurstein Sant, kien avża xi kunsilliera tal-Partit Laburista għal dik iż-żjara ġurnata qabel iżda kunsilliera tal-PN kienu gew nfurmati nofs siegħa qabel biss.

F’diversi laqgħat tal-Kunsill Lokali fl-aħħar xhur, il-kunsilliera tal-PN tkellmu dwar dan n-nuqqas ta’ inklużjoni u konsultazzjoni li biha qed jitmexxa il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kemm ilu mmexxi mis-Sindku Laburista Kurstein Sant.