“Nikkundannaw l-aġir ta’ awtoritajiet li jiġu jaqgħu u jqumu mill-Kunsill”
Hekk sostna l-Kunsill Lokali tan-Naxxar fuq il-midja soċjali wara li ma saret l-ebda konsultazzjoni dwar deċiżjonijiet li s’issa qed jitqiesu bħala illeġittimi.
Kelliema għall-Kunsill saħqu li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ħalliet lil min jokkupa spazju pubbliku u jnaqqas il-parkeġġ fi Triq l-Oratorju. Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar għamel domanda leġittima dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-klijenti ta’ tali ħwienet. “X’jiġri jekk xi vettura titlef il-kontroll?”
Il-Kunsill Lokali insisti li din hija attitudni li qatt ma tista’ tkun aċċettata, anki jekk tkun legalizzata.
“Mhux aċċettabbli li l-Kunsilli Lokali, li huma r-rappreżentanti tal-poplu tal-lokal, jiġu trattati b’dan il-mod. Din titqies offiża fuq il-Kunsill u l-poplu kollu tan-Naxxar”.
Dan mhux l-unika Kunsill Lokali li tul il-jum ħareġ kontra l-Awtoritajiet wara li numru ta’ residenti qed iħossuhom abbandunati u injorati mill-Gvern tal-ġurnata fosthom dawk ta’ San Ġiljan.
//= $special ?>