Jekk nhar it-Tlieta filgħodu, 2 ta’ Ġunju, tisma’ s-sireni tal-emerġenza ġejjin mid-Delimara Power Station, m’għandekx tallarma ruħek.
Fi stqarrija l-Kumpanija Electrogas Malta Ltd avżat li għall-ħabta tal-10.00am ser tkun qed twettaq testijiet tas-sireni tal-emerġenza. Huma ser ikunu qed jindaqqa għal madwar 20 sekonda fil-ħin stipulat.
Dan kollu bħala parti minn proċedura li ssir kull sena sabiex ikunu aċċertati t-tħejjijiet għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
//= $special ?>