Lokali Qorti

Raġel Bormliż jingħata l-libertà proviżorja

Raġel minn Bormla ingħata l-liberta’ proviżorja mill-Qorti wara li tressaq akkużat li bl-imġieba tiegħu beżża’ lill-eks sieħba tiegħu, kif ukoll li kiser ordni ta’ probation.

Raymond Caruana, li għandu 43 sena, kien akkużat li fis-16 ta’ Mejju ħoloq biża’ fuq l-eks partner tiegħu Doriann Pawney.

Fil-Qorti, hi irrepetiet l-akkuża ta’ theddid, filwaqt li xehed ukoll l-ispettur Colin Sheldon.

Raymond Caruana ingħata l-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ 2,000 ewro u garanzija personali ta’ 15,000 ewro. Hu jrid jiffirma kuljum l-għassa ta’ Bormla, filwaqt li ġie ordnat ma jersaqx lejn il-lokalita’ tal-Imsida fejn tgħix il-mara.

Il-Qorti wissietu biex ma jċempilx lill-mara għall-ebda raġuni, filwaqt Pawney ġiet imwissija biex lanqas hi ma tagħmel kuntatt ma’ Caruana.

Għar-raġel dehret l-avukat Roberta Bonello, filwaqt li għal Pawney dehru Stephanie Caruana u Rebecca Mifsud.