Internazzjonali Kurżitajiet

Waqt theżżiża…tibqa’ għaddejja b’intervista live

Meta kmieni dalgħodu kienet qed twassal l-aħħar aġġornamenti dwar il-ħidma li qed issir fi New Zealand kontra l-imxija tal-Covid-19, il-Prim Ministru Jacinda Ardern spiċċat f’sitwazzjoni kemmxejn mhux tas-soltu – terremot iħarbat dak li kienet qed tispjega fuq it-televiżjoni waqt intervista diretta.

Fil-fatt, dak li qed taraw fil-filmat (isfel) hu verament terremot.

It-theżżiża laqtet il-kapitali Wellington u kellha saħħa ta’ 5.8 fuq l-Iskala Richter.

Għalkemm il-Prim Ministru dehret tbiddel l-espressjonijiet ta’ wiċċha, b’kalma liema bħalha, hi kompliet bl-intervista li kienet qed tagħti.

Vera l-każ li waqt din il-pandemija rajna minn kollox fuq it-televiżjoni; intervisti b’interventi ta’ klieb, mobiles idoqqu, tfal, qtates…u issa anke terremoti!