Futbol Sport

35 SENA ILU: L-ewwel midalja għal Malta mirbuħa fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

26 TA’ MEJJU 1985

Bħal-lum 35 sena, Malta kisbet l-ewwel midalja fl-ewwel edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Din kienet ukoll l-ewwel darba fl-istorja tal-isport Malti li pajjiżna rebaħ midalja f’logħob internazzjonali organizzat. Dakinhar fl-ewwel sigħat bikrin tal-ġurnata, ittellgħet il-bandiera Maltija għall-ewwel darba f’dawn il-Logħob. Ċipru rebħet il-midalja tad-deheb u l-Lussemburgu rebħet il-midalja tal-fidda.

Malta tilfet it-tielet logħba kontra l-Lussemburgu u kellha tistenna r-riżultat tal-logħba bejn Ċipru u l-Andorra. Il-plejers Maltin kellhom isofru sal-aħħar minuti minħabba li l-iskor kien indaqs. Kienet ir-rebħa ta’ Ċipru li poġġiet lil Malta fit-tielet post. It-tim kien immexxi minn John Tabone.