Futbol Sport

Bayern Munich jirbħu l-konfront dirett u jersqu lejn ir-rebħ tat-tmien kampjonat konsekuttiv

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich kabbru l-vantaġġ tagħhom fil-quċċata tal-Bundesliga b’rebħa ta’ 1-0 fil-konfront dirett kontra Borussia Dortmund. F’dik li hi msejħa bħala Der Klassiker, il-logħba kienet meqjusa bħala deċiżiva għar-rebħ tal-kampjonat, b’erba’ punti jifirdu lit-timijiet qabel il-konfront.

Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fit-43 minuta meta b’intelliġenza JOSHUA KIMMICH qabbeż fuq Roman Buerki, bil-gowlkiper imiss biss il-ballun. Dan kien it-tieni gowl li sofrew Dortmund fl-aħħar seba’ logħbiet. Fuq in-naħa l-oħra, Bayern Munich skorjaw għaxar gowls mingħajr ma sofrew fit-tliet logħbiet kemm ilu li rritorna l-Bundesliga.