Numru ta’ Gvernijiet madwar l-Ewropa qegħdin jikkunsidraw li jtemmu s-sistemi li qed jikkontrollaw il-movimenti mal-fruntieri. Dan meta jidher li r-rata tal-infezzjoniijiet bil-Covid-19 qed tonqos madwar il-kontinent.
Il-Ġermanja qed taħseb biex tikkonkludi t-‘travel warning’ li jirrigwarda vjaġġi lejn 31 pajjiżi Ewropew sa mill-15 ta’ Ġunju.
Fil-bidu tal-pandemija, l-Ewropa, effettivament, kienet għalqet iz-zona tal-fruntieri interni, magħrufa bħala Schengen, iżda llum numru ta’ pajjiżi qegħdin jinsistu biex jirritornaw mill-aktar fis għaż-żmenijiet tal-moviment ħieles.
Id-Danimarka, sadanittant, immodifikat ir-regoli tagħha għall-fruntiera.
Dan ifisser li l-koppji separati minħabba kwistjoni ta’ lokalità jistgħu jerġgħu jaraw lil xulxin – bl-għarajjes, minn nhar il-Ħadd, jistgħu jaqsmu min-naħa tal-fruntiera għall-oħra, bil-patt li juru ‘dokumentazzjoni’ ( bħal ritratti, ittri u texts) bħala prova li huma jinsabu f’relazzjoni xierqa.
L-awtoritajiet Daniżi għażlu li jimmodifikaw ir-regoli wara reazzjoni negattiva kbira mill-poplu dwar ċerti restrizzjonijiet għall-movimenti mill-fruntiera.
Fi żviluppi oħra, il-Prim Ministru tal-Ungerija, Viktor Orban, qal li se jitlob lill-Parlament f’Budapest biex, il-ġimgħa d-dieħla, jirtiralu l-poteri speċjali li kien assuma għalih innifsu waqt il-pandemija.
Kien proprju l-Parlament li approva l-poteri speċjali għal Orban biex jikkonfronta l-iżvluppi tal-Covid-19 f’artu, iżda l-kritiċi minn dejjem inkwetaw li l-Prim Ministru Ungeriż seta jabbuża mill-istess poteri ‘jew jagħżel li ma jċedihom qatt’.
//= $special ?>