Fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm ebda każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna. Għalhekk in-numru ta’ każijiet attivi jibqa’ dak ta’ 120 każ, b’dawk imfejqa jammontaw għal 485.
Waqt mistoqsija parlamentarari li saret il-bieraħ fil-Parlament, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li kwart tal-każijiet pożittivi f’pajjiżna ma kellhom ebda sintomi, filwaqt li kważi wieħed minn kull ħames persuni li rriżultaw fil-pożittiv għal dan il-virus qattgħu iktar minn ġurnata waħda fl-Infectious Disease Unit.
11-il persuna ddaħħlu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei, fejn erbgħa minnhom kellhom bżonn l-assistenza tal-ventilatur.