Lokali Parlament

Il-gvern għandu jgħin lill-għaqdiet sportivi u volontarji

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella lill-gvern biex jiltaqa’ mal-għaqdiet volontarji u sportivi biex jismagħhom u jniedi inċentivi għalihom f’dan il-mument diffiċli.

Fil-parlament Robert Cutajar qal l-għaqdiet sportivi qed iħossu impatt qawwi minħabba l-COVID 19 u għalhekk il-gvern għandu jisma’ proposti tal-PN biex dawn l-għaqdiet ikunu mgħejjuna. Hu kompla li l-gvern għandu jwieġeb il-mistoqsijiet li qed isiru f’isem l-għaqdiet sportivi biex dawn ma jitħallewx f’inċertezza.

Il-gvern għandu jikkunsidra li l-miżati ta’ affiljazzjoni għal dan l-istaġun ma jitħallsux għaliex hemm għaqdiet li għandhom diffikultajiet kbar tant li hemm minnhom li għandhom diffikultajiet kbar biex jipprattikaw l-isport tagħhom.

Robert Cutajar tkellem dwar l-isport kunsidrat kbir iżda hemm ukoll għaqdiet żgħar li qed jikkontribwixxu għaqdiet sportvi fejn hemm għadiet li bejniethom iġibu eluf ta’ turisti sportivi f’Malta. Hu qal li l-għaqdiet sportivi tilfu l-introjtu tagħhom u għalhekk l-għaqdiet mhux governattivi u dawk sporitivi jeħtieġ ikunu mgħejjuna. L-għaqdiet iridu serħan il-moħħ, sostna Robert Cutajar.