Wara x-xeni li dehru fuq il-Fosos tal-Floriana mar-rebħ tal-Kampjonat BOV Permier, il-Professur Charmaine Gauci qalet li din kienet sitwazzjoni li ħolqot tħassib għall-awtorijatiet tas-saħħa u appellat biex min kien preżenti għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet u jħoss xi sintomi, iċempel 111 sabiex jiggwidawjh x’għandu jagħmel.
F’kummenti li tat lil Net News, is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika appellat biex ikun hemm dixxiplina u responsabbiltà minn kulħadd.
Għalkemm ix-xeni tal-bieraħ filgħaxija seħħew f’ċirkostanza partikolari, il-Professur Gauci qalet li l-mod kif saru ċ-ċelebrazzjonijiet ħolqu sitwazzjoni ta’ riskju. Dan għaliex kien hemm ġemgħa ta’ iktar minn sitt persuni f’daqqa.
Ikkuntattja min Net News is-Segretarju Ġenerali ta’ Floriana Dione Borg qal li l-club ma organizza ebda ċelebrazzjonijiet, għaliex il-festeġġamenti kienu spontanji. U kekk kif il-Pulizija waslu fil-post u ġibdu l-attenzjoni biex tinżamm is-social distancing, il-kumitat ta’ Floriana appella lin-nies biex jinfirxu. Dan filwaqt li l-Pulzija waqqfet l-attivita ftit tal-ħin wara.
//= $special ?>