Futbol Sport

RITRATTI U FILMAT: Uħud mill-ewwel mumenti taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Floriana

Wara li lbieraħ filgħaxija tħabbar b’mod uffiċjali li Floriana saru champions għas-26 darba permezz ta’ vot li għadda mill-Kunsill tal-MFA, il-partitarji ta’ Floriana b’mod spontanju, marru quddiem il-każin tal-klabb fejn iċċelebraw l-ewwel kampjonat mill-istaġun 1992/93. Permezz tal-cameraperson Ramon Farrugia, Net Sports kien preżenti għal dawn il-mumenti li speċjalment huma għal qalb il-partitarji Furjaniżi.