Mara ta’ dixxendenza Maltija minn Hamilton, li hija lokalità f’Ontario il-Kanada qed tistenna biex tgħaddi proċeduri kriminali fuq każ ta’ razziżmu fil-konfront ta’ mara Ċiniża. Il-każ kien seħħ f’Boxing Day viċin monti f’Niagra.
Patricia Zammit qed tiġi akkużata li wżat kliem razzist f’post ta’ parkeġġ fil-konfront ta’ mara Ċiniża. Hija ġiet arrestata bl-akkużi kontriha jinkludu theddid u li weġġgħet is-sentimenti ta’ mara oħra bil-mod goff kif hija aġixxiet.
Jidher ukoll li l-allegata vittma ma qagħditx lura għaliex hi wkoll ippruvat tħebb għal Zammit billi ppruvat tagħtiha bis-sieq. Hija kienet ġiet arrestata fit-30 ta’ Diċembru u kellha tidher il-Qorti fit-3 ta’ Frar li għadda iżda l-Avukat tagħha nforma lill-Qorti li huwa kien qed jannaliżża l-każ sew speċjalment il-video li wassal biex jittieħdu passi kriminali kontra Zammit. Minn dak inhar il-video tħassar minn fuq il-media soċjali.
Huwa qal li kien qed jidher il-Qorti għan-nom ta’ Zammit u għalhekk talab differiment tal-każ bil-Qorti tiddeċiedi li l-każ jibda f’Marzu. Madankollu l-każ kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija tal-Coronavirus fejn ħafna mill-kawżi ġew differiti b’għaxar ġimgħat jew aktar.
Għalhekk Patricia Zammit, ma dehritx fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ Ontario f’San Katarine għall-ewwel darba skedata l-Qorti. Il-video kienu rawh aktar minn 70 elf persuna fuq il-media soċjali u dan wassal biex Zammit tiġi arrestata. Kienet mara ażjatika li ġibdet lil mara li allegaament deheret irrabbjata ħafna u toffendi liċ-Ċiniża.
Zammit kienet ukoll għamlet mossi diżpreġġattivi waqt li beda jittieħed il-filmat tagħha toffenfi liċ-Ċiniża. Fost affarijiet oħra hija bdiet tgħid li ċ-Ċiniża lanqas għandha idea ta’ sinjali tat-traffiku, u ‘anke fiċ-Ċina għandhom minn dawn is-sinjali’.
Ħafna kienu dawk li qal li dan il-video kien wieħed xokkanti tgħajjat u tinsulenta lil mara wara li allegatament din imblukkat il-vettura tagħha. Hija deheret ukoll timbotta liċ-Ċiniża u tipprova ttajrilha l-mobile minn idejha.
Il-kliem l-aktar li offenda liċ-Ċiniża kien dak ta’ fu**ing Chink li huwa terminu razzist użat għan-nies Ċiniżi. Zammit qed tiġi mixlija b’żewġ akkużi, attakk u theddid.
.
//= $special ?>