Coronavirus Lokali Saħħa

“Tinsultawx lil dawk li qed jaħdmu kontra l-Covid”

It-tabib Michael Spiteri

Tabib tas-servizz tal-emerġenza għaddha messaġġ iebes dwar il-filmati li ra lbieraħ fejn mijiet inġabru jiċċelebraw ir-rebħa tal-kampjonat tal-futbol minn Floriana FC. Fil-fatt, anke partitarji Furjaniżi stess iddejqu jaraw dawn ix-xeni.

Fuq Facebook, it-Tabib Michael Spiteri stqarr li dak li ra ma kien xejn ħlief “insult għal dawk kollha li ħadmu waqt il-Covid-19.”

“Iċ-ċapċip waħdu mhux se jagħmel id-dinja post aħjar. Dak li rajna kien insult lejn dawk kollha li ħadmu waqt il-Covid, lejn il-morda u lejn dawk li mietu b’din il-marda”, qal it-tabib Spiteri.