Il-minority leaders li jirrapreżentaw il-Partit Nazzjonalista komessi li jkomplu jaħdmu għall-ġid tal- komunitajiet tagħhom.
Dan kien il-messaġġ prinċipali waqt laqgħa li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ma’ numru mill-minority leaders li jirrapprezentaw lill-Partit Nazzjonalista f’diversi Kunsilli Lokali f’Malta.
Din kienet it-tieni minn sensiela ta’ laqgħat li qed ikollu Adrian Delia b’mod virtwali mal-minority leaders. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat iltaqa’ wkoll ma’ numru ta’ Sindki.
Adrian Delia tkellem dwar l-importanza li l-Kunsillieri Lokali ghandhom jibqghu f’kuntatt mar-residenti lokali.
Huwa rringrazzja mhux biss lill-minoirty leaders li jirrapprezentaw lill-PN fil-Kunsilli Lokali izda anke lil ghadd ta’ kunsillieri ohrajn tax-xoghol li jwettqu minkejja li mill-minoranza.
Il-Kap tal-PN talab sabiex kull kunsillier, filwaqt li jgib l-interess tar-resident l-ewwel, ikun vigilanti fuq il-hidma tal-Kunsill Lokali rispettivi…… sabiex nassiguraw li f’kull Kunsill Lokali jkun hemm it-trasparenza u Governanza tajba.
Min-naha taghhom, il-Minority Leaders li hadu sehem fid-diskussjoni tkellmu dwar numru ta’ problemi li qeghdin ihabbtu wicchom maghhom. Huma wrew il-frustrazzjoni taghhom ghall-arroganza tal-Gvern fost ohrajn ghaliex jidhol jagħmel xogholijiet fil-lokalitajiet mingħajr ħadd ma jkun jaf.
Il-Minority Leaders tkellmu dwar l-isfidi li ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19 u qalu li minkejja kollox, din is-sitwazzjoni gabithom iktar qrib in-nies specjalment fil-bzonnijiet li kellhom.
Adrian Delia awgura iktar hidma f’dan il-qasam tant importanti u ghal qalb il-Partit Nazzjonalista.
Għal din il-laqgħa, Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-PN David Agius, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Karl Gouder kif ukoll il-Kordinatur tal-Kunsilli Lokali f’isem il-PN, Charles Bonello.
//= $special ?>