L-ekonomija trid tinebna fuq is-serjetà
Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-ekonomija ġdida għandha tinbena fuq is-serjetà u appella biex meta l-awtoritajiet jitkellmu man-nies jgħidulhom il-verità. Dak li jgħid il-Ministru tal-Ekonomija hu kolu falz, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li taħt il-Ministru Michael Farrugia l-poplu qed iħallas seba darbiet iktar minn pajjiżi oħra għall-LNG. Dab meta l-prezz internazzjonali hu fl-inqas livelli.
L-Enemalta lanqas indipendenza m’għandha dwar kemm se tixtri u x’se tixtri minħabba li hemm iċ-Ċiniżi involuti. Il-gvern ma jimpurtahx min-negozji ż-żgħar, sostna Edwin Vassallo, li appella lill-gvern biex b’mod immedjat iraħħas il-prezz tal-fuels waqt li jrirevdi l-proċess tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-poplu Malti ilu seba’ snin jinsteraq.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern Laburista biegħ l-isptarijiet b’€1 u tkellem dwar is-sitwazzjonijiet tar-ristoranti waqt li appella lill-MTA biex tnaqqas il-liċenzji tal-imwejjed u s-siġġijiet minħabba l-problemi kaġunati mill-COVID 19. Hemm differenza fil-mod kif il-gvern jitratta lill-kbir u liż-żgħir.
Edwin Vassallo qal li qed ikun imbassar li se jintilfu eluf kbar ta’ postijiet tax-xogħol minn diversi setturi u għalhekk il-gvern għandu jieħu l-azzjonijiet meħtieġa u urġenti.
//= $special ?>