27 TA’ MEJJU 1981
Liverpool saru Champions tal-Ewropa għat-tielet darba fl-istorja tagħhom. It-tieni suċċess konsekuttiv fil-kompetizzjoni wasal b’rebħa ta’ 1-0 fil-finali kontra Real Madrid. Dan kien il-ħames staġun konsekuttiv li t-trofew intrebaħ minn tim Ingliż.
Il-partita ntlagħbet fil-Parc des Princes quddiem 50,000 spettatur. Minkejja li l-azzjonijiet ma kinux frekwenti, il-partita kienet pjaċevoli. Fl-ewwel minuti tal-logħba, Liverpool kienu aktar aggressivi, iżda lejn nofs l-ewwel taqsima, Real Madrid tjiebu.
Il-gowl tar-rebħa wasal tmien minuti mit-tmiem b’azzjoni personali ta’ Alan Kennedy li nifed id-difiża Spanjola biex b’xutt djagonali skorja bi preċiżjoni. Wara l-gowl, il-Madrileni pruvaw iwettqu reazzjoni iżda Augustin saħansitra evita t-tieni gowl fuq xutt ta’ Kenny Dalglish.
//= $special ?>