Coronavirus Futbol Sport

Erba’ każijiet ġodda ta’ coronavirus fil-Premier League

Wara li aktar kmieni llum ħarġet l-aħbar li t-timijiet kollha tal-Premier League qablu li jirritornaw għal taħriġ li jinvolvi kuntatt, tard illejla l-Premier League ħabbret li minn 1,008 test li sar irriżultaw 4 każijiet ġodda ta’ coronavirus minn tliet klabbs differenti S’issa fil-Premier League sar aktar minn 2,700 test li minnhom rriżultaw 12 –il każ pożittiv.

Kull każ pożittiv qiegħed ikollu jitpoġġa f’iżolazzjoni bil-plejers se jibqgħu jiġu ttestjati darbtejn fil-ġimgħa. Il-pass li jmiss fil-pjan, ‘Project Restart’ hija t-tielet fażi fejn il-plejers jirritornaw għal taħriġ b’mod normali u tibda t-tħejjija biex jitkompla l-kampjonat.