Illum numru ta’ persuni fit-tramuntana tal-gżira Maltija raw quddiem għajnejhom xeni mhux tas-soltu li huma aktar abbinati ma’ films ta’ Hollywood.
Waqt maltempata li ħakmet lill-Gżejjer Maltin, tromba tal-arja fil-Mellieħa laqtgħet żona fejn kien hemm caravan u quddiem għajnejn il-persuni li dak il-ħin kienu fuq il-post ħalliet ħerba sħiħa.
Filmat ippublikat online wera dak li ħalliet warajha t-tromba – fejn fortunatament ħadd ma ndarab f’inċident li potenzjalment seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.
//= $special ?>