Lokali

Ġuvni ta’ 16-il sena l-isptar wara li sab diffikulta fil-baħar ta’ Manoel Island

Ġuvni Libjan ta’ 16-il sena, kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident il-Gżira.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6.30pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha  fl-inħawi ta’ Manoel Island, il-Gżira. Dan wara li ġuvni kien qabeż fil-baħar u sab ruħu f’diffikulta’.

Fil-post issejjaħ tim mediku, sabiex il-ġuvni jingħata l-assistenza medika filwaqt li waslet ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.