Il-plejer ta’ San Ġiljan u tat-tim nazzjonali Matthew Zammit se jkun qed jiftaħ l-Akkademja tiegħu bl-isem Xellugi Waterpolo Academy. Din l-Akkademja se tkun qed tagħti l-opportunità lill-atleti individwali biex jattendu għal kamp ta’ taħriġ li fihom ikunu jistgħu jibnu l-aspetti fundamentali tal-logħba. Se tingħata importanza fuq l-aspett tekniku u tattiku iżda wkoll fuq l-aspett fiżiku u d-dixxiplina.
Dan il-programm għandu jsir fix-xhur tas-sajf bejn Ġunju u Awwissu. Is-sessjonijiet se jsiru t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa għal total ta’ 36 sessjoni. Il-parteċipanti se jinqasmu f’żewġ gruppi bejn it-tmien snin u t-12-il sena u bejn it-13 u s-16-il sena, bis-sessjonijiet se jsiru kollha fil-pitch ta’ San Ġiljan. Se jkun hemm ukoll lezzjonijiet tal-għawm minħabba interess li ntwera.
Matthew Zammit hu wieħed mill-aktar plejers importanti fit-tim nazzjonali Malti u fl-aħħar xhur kien qed jilgħab fl-ogħla diviżjoni Taljana ma’ Telimar Palermo. Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt fuq 99385339 jew 99867484 kif ukoll fil-paġna ta’ facebook bl-isem Xellugi Waterpolo Academy.
//= $special ?>