Sport Sport Ieħor

Il-ġlieda bejn Anthony Joshua u Kubrat Pulev tista’ ssir quddiem ftit nies aktar tard din is-sena

Il-promotur tal-isports Eddie Hearn, qal li l-ġlieda għat-titlu Heavyweight bejn Anthony Joshua u Kubrat Pulev tista’ ssir quddiem attendenza żgħira aktar tard din is-sena. Qabel il-pandemija tal-coronavirus, din il-ġlieda kienet skedata li ssir fit-Tottenham Hotspur Stadium f’Londra. Dan l-istadium jesgħa 62,000 spettatur. Hearn qal li huwa importanti li l-ġlieda ssir fl-Ingilterra minħabba l-impatt finanzjarju li din tħalli.

Hu żied jgħid li kien hemm interess li din il-ġlieda issir fil-Lvant Nofsani u fil-Kroazja iżda l-organizzaturi jittamaw li jsibu arena iżgħar fejn tista’ tospità din il-ġlieda fl-Ingilterra. Hearn temm jgħid li jittamaw li l-boxing jista’ jirritorna wara bibien magħluqa fl-aħħar ta’ Lulju.