Lokali Parlament

Il-gvern ma jridx li l-Europol jinvestigaw il-qtil ta’ Daphne għax għandu x’jaħbi

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li l-gvern ma jridx li l-Europol jinvestigaw il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għax għandu x’jaħbi.

Fil-parlament David Thake qal li 30 xahar ilu nqatlet Daphne Caruana Galizia bi splużjoni li għadha tvenven lill-pajjiż u waqqgħet il-gvern ta’ Joseph Muscat. Hu kompla li f’Novembru 2019 bdew ħerġin testimonjanzi u stejjer oħra xokkanti.

L-awtoritajiet tal-gvern ta’ Robert Abela ċaħdu t-talbiet biex il-Europol tidħol f’investigazzjoni konġunta dwar dan il-qtil. Dan ifisser li l-gvern ma jridx li jkunu involuti direttament fl-investigazzjoni. X’għandhom x’jaħbu b’din iċ-ċaħda?

F”Novemrbu 2019 kienet saret konferenza tal-aħbarijiet mill-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar flimkien mal-Assistent Kummissarju Silvio Valletta. Fil-qorti rriżulta li Yorgen Fenech kien qed jirċievi informazzjoni diretta mingħand Silvio Valletta. Kif jista’ jkun hemm fiudċja li l-gvern jista’ jasal biex jinstab min kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia!?

Il-pulizija ġabru numru ta’ mobiles minn qiegħ il-baħar wieħed minnhom kellu biss isem wieħed; dak tal-ex deputat Laburista Chris Cardona. X’kien qed jagħmel isem Cardona fuq wieħed minn dawn il-mobiles?

Jirriżulta li Melvin Theuma xehed li Keith Schembri żgur kien jaf dwr l-involviment ta’ Yorgen Fenech sa mill-2018; aktar minn sena.

Keith Schmbri kien iċempel lil Yorgen Fenech kuljum għax kien jaf bl-involviment ta’ Fenech. Din hi l-inġustizzja li għadha qed titwettaq, sostna David Thake, li kompla li Keith Schembri għadu mhux arrestat iżda ssemma’ wkoll ‘Ix-xiħ’ li hu Joseph Muscat.

Id-deputat Nazzjonalista qal li Konrad Mizzi telaq mill-pajjiż waqt li Muscat qed jerġa’ jagti l-pariri lill-gvern Malti.