Rey Mysterio, wieħed mir-wrestlers leġġendarji ta’ WWE ser jirtira waqt ċerimonja speċjali nhar it-Tnejn, 1 ta’ Ġunju.
Fl-età ta’ 45 sena, ser itemm l-avventura tiegħu wara snin fil-kompetizzjoni b’numru kbir ta’ segwaċi.
Rey Mysterio, li ismu proprja huwa Oscar Gutierrez, beda l-karriera tiegħu fil-Messiku, fl-età ta’ 14-il sena fejn sussegwentament iddebutta fid-WCW lura fl-1995 fejn l-istil ta’ ġlied tiegħu kien wieħed uniku li mill-ewwel ġibed l-għajn.
Gutierrez ingħaqad ma’ WWE ta’ Vince McMahon lura fl-2001 u fl-aħħar 19 -il sena rebaħ dak kollu li kien hemm fejn l-aktar li spikka żgur ir-rebħ tar-Royal Rumble lura fl-2006.
