Ivan Bartolo, PN
Id-depuat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-PL għadnu messaġġ li jlellef u li jixgħel il-mekkaniżmu tiegħu biex iwassal il-messaġġ li x-xemx telgħet fuq Malta fl-2013 iżda ma jgħidx li fadal ħafna kontijiet pendenti u miftuħa.
Fil-parlament hu sostna li l-PL hu mifrud u maqsum fi 80 biċċa. Il-gvern għadda minn esperjenza trawmatika li jrid iqum minnha għall-ġid tal-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm ħafna Laburisti li ma jħossuhomx komdi fil-PL li kibru fih.
Ivan Bartolo kompla li l-PL jeħtieġ ikun fil-paċi miegħu innfisu u mal-elettorat Malti. Il-fama ta’ Malta barra l-pajjiż hi mgħarrqa waħda sew. Hu qal li ċertu persuni qed igawdu taħt gvern Laburista ejn l-istess persuna ingħataw direct order ta’ €21,600 darbtejn.
Il-PL llum irid iħallas il-kontijiet ma min tellgħu fil-gvern u ma jinteressahx miż-żgħir. Il-PL hu maskra u gidba tad-dnub tiegħu u tilef l-identità tiegħu.
//= $special ?>