Coronavirus Futbol Sport

It-timijiet tal-Premier League jaqblu li jista’ jseħħ taħriġ li jinvolvi l-kuntatt

Pass ieħor eqreb lejn ir-ritorn tal-Premier League meta l-klabbs kolha b’mod unanimu qablu li jista’ jibda jseħħ taħriġ li jinvolvi l-kuntatt bejn il-plejers. It-taħriġ jista’ jinkuldi sa massimu ta’ 12 –il plejer.

Kmieni l-ġimgħa li għaddiet bosta plejers irritornaw għat-taħriġ fi gruppi żgħar filwaqt li josservaw ir-regola tad-distanza soċjali. Numru ta’ plejers, fosthom Troy Deeney ta’ Watford u N’Golo Kante ta’ Chelsea rrifjutaw li jitħarrġu fi gruppi żgħar minħabba r-riskju li jistgħu jimirdu bil-coronavirus.

Din il-ġimgħa l-Gvern Ingliż approva t-tieni fażi, fejn l-atleti jistgħu jirritornaw għal taħriġ li jinvolvi kuntatt filwaqt li jiġu osservati l-linji gwida li nħarġu mid-dipartiment tas-saħħa Ingliż. Il-plejers se jibqgħu jiġu ttestjati darbtejn fil-ġimgħa, s’issa minn 1,744 test li saru rriżultaw tmien każi pożittivi bejn plejers u memebri tal-staff.