Sport Sport Ieħor

Jack Miller se jsuq għal Ducati mill-2021

(Ritratt: EPA)

It-tim tal-Moto GP Ducati ħabbru lis-sewwieq Jack Miller se jissieħeb mat-tim mill-2021. Fil-preżent, Miller jinsab ma’ Parmac, tim li jaqa’ taħt it-tmexxija ta’ Ducati. Is-sewwieq Awstraljan, issieħeb ma’ Parmac fl-2018. L-aħjar staġun tiegħu kien dak li għadda meta rnexxielu jtemm ħames darbiet fuq il-podju. Hu temm dan l-istaġun fit-tmien post fil-klassifika finali.

Miller se jkun it-tielet Awstraljan li se jsuq għal Ducati wara Troy Bayliss u Casey Stoner. Il-prijorità tat-tim minn Borgo Panigale hija li jirnexxilhom jikkonvinċu lil Andrea Dovizioso biex iġedded il-kuntratt tiegħu meta jiskadi fi tmiem dan l-istaġun. Il-kampjonat tal-Moto GP mistenni jibda f’Awwissu bil-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka wara li l-bidu tiegħu kien pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus.