Edukazzjoni Lokali

L-istudenti għadhom fiċ-ċans japplikaw għall-eżamijiet tas-SEC ta’ Settembru

Ritratt: Arkivji

“L-istudenti għadhom fiċ-ċans li japplikaw għall-Eżemijiet tal-A-Levels u l-Intermediates għall-eżamijiet ta’ Settembru”.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-MATSEC hekk kif qed tingħata l-opportunità lil dawk interessati sabiex jagħmlu dawn l-eżamijiet. Huma għandhom japplikaw hawnhekk.

Ġie spjegat li dawk li diġà nkitbu għas-sessjonijiet ta’ Mejju m’għandhomx għalfejn jerġgħu jirreġistraw l-għaliex dawn ser ikunu qed jiġu trasferiti awtomatikament.

Madanakollu l-kandidati privati li applikaw għall-eżamijiet qabel April, u jixtiequ jagħmlu l-eżamijiet ta’ Settembru, iridu jerġgħu japplikaw bejn is-17 u l-24 ta’ Lulju.