Coronavirus Edukazzjoni Lokali

L-MUT titlob risk-assessment dwar l-iskejjel ta’ SkolaSajf

Il-Union tal-Għalliema, l-MUT talbet laqgħa mal-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici din il-ġimgħa dwar il-ftuħ mill-ġdid ta’ Skolasajf.

Fi stqarrija l-MUT qalet li għandha diversi mistoqsijiet dwar il-miżuri biex ikunu żgurati d-distanzi soċjali u l-iġjene u b’hekk tkun imħarsa s-saħħa tal-istudenti u l-edukaturi.

L-MUT qalet li għalkemm l-iskejjel huma obbligati li jkollhom risk assessment report, il-union qed titlob li dan l-eżerċizzju għandu jkun aġġornat fl-iskejjel kollha li se jservu bħala ċentri ta’ Skolasajf.

Il-Union qed titlob ukoll li jkun spettorat biex jevalwa iċ-ċentri u jikkonkludi liema ċentri jistgħu jinfetħu skont il-kriterji imfassla fir-rapport ta’ risk assessment aġġornat.

Dan l-ispettorat għandu jkollu s-setgħa li jagħlaq dawk iċ-ċentri li ma jkunux qed josservaw dawn il-kriterji ta’ sigurta’.

Il-kwistjoni dwar il-ftuħ ta’ Skolasajf ilha għaddejja sa mill-bidu ta’ dan ix-xahar, bil-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid li se jiftaħ l-iSkolasajf, imbagħad idoqq l-irtirata biex eventwalment jerġa’ jiftaħ.

L-aħħar kolp minn din il-logħba ping pong dwar jekk Skolsajf hux se tiftaħ jew le lagħbu l-Prim Ministru Robert Abela meta l-Ħadd li għadda qal li Skolasajf se tibda fl-1 ta’ Lulju biex il-ġenituri ikunu jistgħu imorru lura għax-xogħol.

Iżda fin-nofs ta’ din il-logħba hemm saħħet l-edukaturi, tat-tfal u l-ġenituri